HPU
             5B, The Emporium, C. De Brocktorff Street, Msida MSD 1421, Malta
Home
Campaigns 2010Campaigns 2010
About UsAbout Us
InitiativesInitiatives
ServicesServices
PublicationsPublications
Legislation
Links
Contact Us
Back to MHEC Website
- Ahseb Minn Qabel

 

AHSEB MINN QABEL

 

Mahrug mid- Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha.

Incidenti fid-dar, fit-triq, fuq ix-xoghol, waqt id-divertiment jistghu jigu evitati jekk nahsbu minn qabel.

KEMM HU SEWWA LI TAHSEB MINN QABEL

Dan il-kumment nistghu nghiduh ghal kull aspett ta' hajjitna, u aktar u aktar meta nitkellmu fuq incidenti. L-incidenti jistghu jigru kullimkien, izda bi ftit ghaqal u hsieb, nistghu nnaqsu kemm in-numru u anke, meta xorta jigru l-incidenti, ma jkunux daqshekk gravi.

FID-DAR

  • L-ippjanar minn qabel ma mmorru nghixu fid-dar ghandu jinkludi aspetti ta' harsien tas-sahha. Fid-dar hemm xi kmamar fejn jistghu jigru incidenti aktar minn postijiet ohra, bhal fil-kcina u l-kamra tal-banju. Ghalhekk, l-ippjanar irid jitqies sewwa u x-xoghol irid isir bir-reqqa minn nies kwalifikati fis-sengha taghhom.

FIS-SEWQAN

  • L-istatistika turi li l-incidenti fit-toroq qeghdin dejjem jizdiedu u hemm bzonn li niehdu ftit responsabbilta kemm meta nkunu sewwieqa kif ukoll meta nkunu mixjin fit-triq. Nistghu nahsbu minn qabel billi nzommu l-vetturi f'kundizzjoni tajba, nosservaw il-ligijiet tat-traffiku u nuru rispett lejn haddiehor.

FUQ IL-POST TAX-XOGHOL

  • Kull post tax-xoghol fih il-periklu tieghu, izda hawn postijiet fejn il-harsien mill-periklu ghandha tinghata priorita. Minn jahdem f'ambjent bhal dan, ghandu jilbes hwejjeg li jipproteguh u joqghod attent ghar-regoli li qeghdin hemm biex jghinu l-haddiem stess.

WAQT DIVERTIMENT

  • Waqt id-divertiment ninsew li jistghu jigru l-incidenti wkoll. Fejn il-bahar u f'postijiet fejn ikun hemm hafna nies, bhal discos u cinemas, hemm diversi affarijiet li nistghu naghmlu biex nevitaw l-incidenti, imma l-izjed importanti hu li ma niehdux riskji.


Dan is-suggett ibezza' xi ftit lil hafna nies. Ikun hemm min jghid li ma jridx joqghod jahseb fil-hazin il-hin kollu u m'ghandniex ghalfejn naghmlu hekk. Jekk ahna niehdu l-prekawzjonijiet mehtiega, u nhallu kollox f'postu, nistghu ninsew dwar dan. Hemm ftit punti li jekk inzommuhom f'mohhna, nistghu nghixu l-hajja taghna bla biza.

Ghalhekk, ftakar ...

- IPPJANA tajjeb minn qabel dawk l-affarijiet li tista' biex tevita xi incidenti. Affarijiet bhal l-elettriku fid-dar, uzu ta' tapiti, fejn inpoggu t-tank tal-gas, dawn kollha jistghu jigu ppjanati minn qabel.

- HU PASSI mill-ewwel - jekk taf li hemm xi haga li trid tinbidel jew tirranga ruhha, aqbad, halli minn idejk u aghmilha mill-aktar fis, mhux tistenna sa ma jigri incident.

- OSSERVA r-regolamenti u l-ligijiet dejjem u l-hin kollu. Il-ligijiet m'humiex qeghdin hemm biex idejquna imma bil-hsieb li jharsu s-sahha taghna u ta' haddiehor.

- Zomm L-ORDNI f'hajtek u dak kollu li hemm madwarek. Jekk madwarek u f'hajtek ma zzommx ordni, tista' zzid l-istress u tista' zzid ukoll ic-cans li jkollok incidenti. Minn-naha l-ohra, hafna imbarazz fin-nofs jista' jwassal ghal incidenti koroh, bhal waqghat.

- TGHALLEM aktar billi taqra u tisma' u hajjar lill ta' madwarek jitghallmu wkoll. Ta min tghallem lill-uliedek biex mic-cokon ikunu kapaci jaghrfu kif iharsu lilhom infushom.

Dan kollu ma jfissirx li qatt m'hu ser ikollna incident. Ghalhekk, xorta wahda irridu nkunu ppreparati ghal kull ma jista' jinqala.

Ta min jiftakar ukoll ...

- inzommu kaxxa ta' l-ewwel ghajnuna kull fejn inkunu, fid-dar, fil-karozza u fuq il-post tax-xoghol biex insibuha malajr meta jkollna bzonn.

- nitghallmu kif taghti l-ewwel ghajnuna billi naqraw kotba jew, tant ahjar, nattendu xi kors apposta biex inkunu nafu x'ghandna naghmlu f'kaz ta' emergenza. B'daqshekk nistghu sahansitra nsalvaw hajja ta' xi hadd.


X ' GHANDEK TAGHMEL F ' KAZ LI JIGRI INCIDENT

IBQA KALM

Nifhmu li mhux dejjem facli li tibqa' kalm, imma rridu niftakru li izjed kemm nithawwdu u nghajtu, izjed aghar u nistghu nkabbru l-gwaj minflok ma naghmlu l-gid.

ITLOB LILL XI HADD ICEMPEL LIT-TABIB

NEHHI L-PERIKLU

L-ewel haga li ghandek taghmel meta persuna twegga' hi li tnehhiha mill-periklu. Jekk per ezempju, persuna hadet xokk, trid malajr titfi d-dawl. Jekk ghal xi raguni ma tistax titfi, ressaq lill-persuna 'l boghod mid-dawl. Ftakar li tuza xi haga bhal lasta tal-injam, mhux tmiss il persuna int.

Ara li ma tidholx fil-periklu int, inkella l-problema aktar tikber!

Trid tara ukoll jekk il-persuna hijiex f'sensiha. Kellimha, u jekk b'xi mod   tkellmek jew tghamillek sinjal, tkun taf li hi ghadha f'sensiha. Tista', specjalment f'kaz ta' tfal, iccaqlaqha biex tara tirrispondix.

Jekk ma tirrispondix, trid taghmel dan li jmiss.

AGHTI N-NIFS

Ara li l-persuna tkun fuq post sod. Hafna drabi l-art hija l-ahjar post, biex kemm jista' jkun ma ncaqilqux lil min ikun imwegga'. Ahna u nzomu r-ras lura, nifthu l-halq u naraw li m'hemmx xejn jimblokka n-nifs. Xi kultant, l-ilsien stess ikun qed ifixkel in-nifs. F'dan il-kaz, tista' tigbed il-geddum 'l quddiem.

Jekk ikun hemm xi haga timblokka l-pajp tan-nifs, nehhiha bil-mod, izda qatt tisforza subghajk 'l isfel. Iccekkja wkoll l-imnifsejn tal-persuna biex tara li m'hemm xejn.

Jekk m'hemm xejn jimblokka n-nifs, aghmel il-pass li jmiss.

Meta persuna ma tkunx qed tiehu nifs, ma jkunx qed jasal l-ossigenu fil-mohh u ghalhekk jibda jkun hemm hsara. Huwa mportanti li naghmlu minn kollox biex nghinu lil dak li jkun jerga' jiehu n-nifs mill-aktar fis. Tista' tkun taf jekk persuna hijiex tiehu n-nifs billi:

-  naraw is-sider tielgha u niezel

-  tisma' l persuna tiehu n-nifs

-  thoss in-nifs hiereg mill-halq u l-imnifsejn.

Jekk naraw li l-persuna m'hijiex qed tiehu nifs, trid tghinha inti billi:

timbotta bil-mod ir-ras lura, tgholli l-geddum il fuq b'tali mod li l-passagg ta' l-arja jkun dritt.

tghatti halq il-persuna b'halqek u taghtiha n-nifs inti fil-waqt li zzomm l-imnifsejn, biex ma thallix l-arja tohrog minn hemm.

aghti hames nifsijiet b'dan il-mod, ieqaf u nehhi halqek bejn kull wiehed.

Ghandek tara li s-sider jibda tielgha u niezel. Jekk ma jigrix hekk, aktarx li l-passagg ta l-arja m'huwiex dritt. Erga' pprova iddritta dan il-passagg biex tkun tista' tghaddi l-arja.

Issa jmiss li naraw jekk il-qalb hijiex thabbat.

GHIN IL-QALB BIEX TERGA' TIBDA THABBAT

Hoss il-polz - Hoss il-polz billi tpoggi subghajk fuq l-ghonq (kif jidher fl-istampa) ghal hames sekondi.

tarbija - F'kaz ta' tarbija, ikun ehfef li taghmel dan fuq id-dirghajn (kif jidher fl-istampa).

Jekk ma thoss xejn, trid tibda tipprova thaddem il-qalb billi taghfas is-sider bin-naha t'isfel tal-pala ta' l-id. Zomm dirghajk dritti u spallejk bi dritt is-sider tal-persuna. Irrepeti ghal hames darbiet bir-rata ta' mitt ghafsa kull minuta.

Jekk ikun hemm bzonn li taghti n-nifs u tipprova tghin biex tibda thabbat il-qalb ukoll, aghmilhom it-tnejn wara xulxin, l-ewwel wahda, mbaghad l-ohra u ibqa' sejjer hekk sakemm jasal it-tabib.

QIEGHED IL-PERSUNA F'POZIZZJONI KOMDA

Jekk tara li l-persuna qed tiehu n-nifs, poggiha fil-pozizzjoni li tissejjah ir-recovery position, kif jidher hawn:

Imbotta bil-mod ir-ras lura - Oqghod fuq irkopptejk ma genb il-persuna w imbotta bil-mod ir-ras lura, gholli l-geddum 'l fuq b'tali mod li l-passagg ta' l-arja jkun dritt. Iddritta s-saqajn. Poggi d-driegh vicin tieghek mirwija mill-minkeb u bil-pala ta' l-id l-isfel.

Qieghed il pala ta' l-id mal warda tal-wicc - Ghaddi d-driegh l-ohra minn fuq is-sider ghan-naha l-ohra u qieghed il-pala ta' l-id mal-warda tal-wicc.

Tella' l-irkoppa - Tella' l-irkoppa filwaqt li zzomm is-sieq ma' l-art.

Dawwar il- persuna Dawwar il-persuna lejk biex hi tistrieh fuq genbejha.

JEKK TKUN WAHDEK JEW HADD GHADU MA CEMPEL LIT-TABIB CEMPEL ISSA.

Tista' iccempel lit-tabib privat tieghek jew ic-Centru tas-Sahha. Ghandek dejjem tiehu parir u kura medika, anke jekk kollox jidher sew. Jista' jkun hemm komplikazzjonijiet li ma jidhrux u li jkollhom bzonn attenzjoni.

F'kull dar, skola, klabb jew post tax-xoghol jew divertiment, ghandu jkun hemm mill-anqas persuna wahda mharrga sewwa fl-ewwel ghajnuna. Li taqra dwar l-ewwel ghajnuna huwa tajjeb, izda meta tattendi wiehed minn dawn il-korsijiet, tara b'ghajnejk kif isiru l-affarijiet u tkun tista' tipprattika dak li titghallem.

Persuni nteressati f'korsijiet ta' tahrig fl-Ewwel Ghajnuna bl-Ingliz jew bil-Malti moghtija mis-St. John Ambulance, ghandhom jibghatu invilopp bil-bolla lis-
Segretarju tal-Korsijiet,
5 Pjazza Indipendenza, Valletta VLT 12.
Numru tat-telefon:   21245740


KAXXA TAL-EWWEL GHAJNUNA

Ghandna jkollna kaxxa ta' l-ewwel ghajnuna fid-dar, fil-karozza u fuq il-post tax-xoghol. Din tista' tinxtara lesta minghand l-ispizjar jew inkella tigbor l-affarijiet inti. Kun zgur li taghmilhom flimkien go basket jew kaxxa tinghalaq, u terfaghhom fejn ma jilhquhomx it-tfal. Minn zmien ghal zmien, iccekkja li fiha kollox u erga' ixtri dawk l-affarijiet li tkun uzajt, jew li jkunu skadew, b'hekk tkun zgur li jkollok kollox f'postu f'kaz ta' emergenza.

KAXXA TA' L-EWWEL GHAJNUNA GHANDHA JKUN FIHA:

  • · ingwanti tal-lastiku

  • · antiseptic solution jew wipes

  • · calamine lotion

  • · faxxa triangulari

  • · faxex (qisien differenti)

  • · garza

  • · imqass

  • · labar tas-sarwan

  • · pinzetta

  • · sterile eye pad

  • · stikk bir-roll

  • · stikk ta' qisien mhallta

  • · tajjar

  • · hgiega tad-deni

  • · boroz tal-plastik (fejn tista' tarmi)

  • · flixkun ilma car (jekk tkun ser tohrog barra mid-dar)


NUMRI TAT-TELEFON BZONNJUZI

It-Tabib tieghek ______________________

Ambulanza - Sptar San Luqa:196

Pulizija: 191

Tifi tan-nar: 199

Salvatagg ta' emergenza bl-ajru: 21244371

Salvatagg ta' emergenza bil-bahar: 21230390

St. John Ambulance Brigade: 21245740

MMDNA: 21331172, 21331166

Tajjeb li jkun hemm ukoll numru

tat-telefon ta' qarib ___________

tal-familja jew habib li tafda. ___________

CENTRI TAS-SAHHAs

Bormla: 21673292/3, 21675492

Furjana: 21243314/5

Gzira: 21337245

Luqa: 21809543

Mosta: 21433256/21432062

Qormi: 21484450, 21484451/2/3

Rabat: 21459002, 21459082/3

Rahal Gdid: 21691314

Rabat,Ghawdex: 21561542

Ohrajn

________________________________________________

________________________________________________

________________________________________________

 

Informazzjoni migbura u miktuba minn Marianne Massa
Mahrug mid-Dipartiment Ghall-Promozzjoni tas-Sahha
u Relazzjonijiet Internazzjonali Tel: 21241484, 21231247
bl-ghajnuna ta' St. John Ambulance, Malta.

Developed by the Information Management Unit (MSP). For any queries or comments about this site kindly use the Contact Us   form.
Influenza A H1N1 Help Line
E-Health Logo WHO Logo Gov.mt DOI Logo servizz.gov Sahha EU Hosted by MITA
Click on one of the tabs below to expand page and view content.
     
 
  Disclaimer  
 

The Ministry for Social Policy, Health, the Elderly and Community Care makes every effort to maintain the accuracy of the information on this website but cannot accept responsibility for any prejudice, loss or damage which may occur from use of the information.

The documents contained on this web site are presented solely with the intent of providing public service information on health, health services and health-related issues. The Ministry for Social Policy, Health, the Elderly and Community Care has no direct or indirect control over the accuracy or nature of materials presented in the outside links, although we strive to maintain links only with sites that have an established standard.

All information is presented as a public service for information purposes only - all materials should be considered a secondary data source and all materials which are used in decision making processes should be confirmed with outside experts. This information is not intended nor is implied to be a substitute for professional medical advice. Always seek the advice of your physician or other qualified health provider prior to starting any new treatment or with any questions you may have regarding a medical condition.

If you find anything on this website that causes concern please contact us.

Privacy Policy 
 

We are committed to protecting our visitors' privacy and we will not collect any personal information about you as a visitor unless you provide it voluntarily. Any personal information you communicate to us is kept within sahha.gov.mt itself in accordance with the Data Protection Act 2001

If there are any changes to this privacy policy, we will replace this page with an updated version. It is therefore in your own interest to check the "Privacy Policy" page any time you access our web site so as to be aware of any changes which may occur from time to time.

Contact or Feedback
When you fill the form on the "CONTACT US" or "FEEDBACK", we use the personal information submitted in the form only to respond to your message. This personal information will not be kept longer than necessary and will be deleted once the feedback requirement is met.

Links to other Websites
Our site has a number of links to other local and international organisations and agencies. In some cases, for the benefit of the visitor, it may be required that we link to other web sites of other organisations after permission is obtained from them respectively. It is important for you to note that upon linking to another site, you are no longer on our site and you become subject to the privacy policy of the new site.

Copyright 
 

The material on this website is covered by the provisions of the Copyright Act, the laws of Malta, policies, regulations and international agreements entered into by the Government of Malta. The information contained in this website is available for personal and non-commercial public use.

For these purposes it may be reproduced without charge or further permission from the Ministry for Social Policy, Health, the Elderly and Community Care provided that, the reproduced materials are true copies of the originals and that the Ministry for Social Policy, Health, the Elderly and Community Care is identified as the source. The reproduced materials shall not in any way be represented as an official version, nor as having been produced in affiliation with or with the endorsement of the Ministry Ministry for Social Policy, Health, the Elderly and Community Care.

Data Protection 
 

The Data Protection Act 2001 was enacted on 14 December 2001 and came fully into force on 15 July 2003. We therefore consider that we have a legal duty to respect and protect any personal information we collect from you and we will abide by such duty. We take all safeguards necessary to prevent unauthorised access and we do not pass on your details collected from you as a visitor, to any third party or Government Department unless you give us your consent to do so.

You may request us at any time what information is effectively held on you if any, at that particular time. You have the right to have any inaccuracies corrected and where applicable erased, if they are not already deleted